F'era fejn il-mobile sar parti essenzjali mill-ħajja tagħna, kultant ninsew kemm hu importanti li nieqfu għal mument u ngħixu dak li qed jiġri madwarna.
Din kienet il-qalba tar-riflessjoni li qasam Chaz Psaila fuq il-midja soċjali, meta rrakkonta kif qatta' ġurnata mingħajr il-mobile u sab li gawdieha ħafna aktar.
Il-messaġġ tiegħu jfakkarna li mhux kull esperjenza hemm bżonn tispiċċa online biex tkun ta' valur. Xi wħud mill-isbaħ mumenti huma dawk li jibqgħu mnaqqxin fil-memorja tagħna.
L-użu tat-teknoloġija għandu ħafna benefiċċji, iżda meta tieħu wisq spazju fil-ħajja ta' kuljum jista' jnaqqas il-ħila tagħna li napprezzaw affarijiet sempliċi: konverżazzjoni ma' persuna għażiża, mixja, jew sempliċement mument ta' kwiet.
"Xi kultant għandna bżonn nitbiegħdu ftit mill-iskrin biex napprezzaw il-mumenti żgħar tal-ħajja. Meta tgħix il-mument, il-ħin ma jgħaddix biss… imma jinbidel f'memorji sbieħ. Ħu ftit ħin għalik innifsek, għax mhux kull mument irid jinqabad bil-mobile biex ikun speċjali," jikteb Chaz.
Kliem li fih x'tomgħod!