Ackerley Pace qasam aħbar sabiħa fuq il-midja soċjali, fejn ħabbar li l-qattus Sunny issa jinsab f’post sigur fil-kura tas-CSAF.
F’messaġġ ta’ ringrazzjament, Ackerley qal li l-appoġġ u l-ġenerożità ta’ tant persuni kienu kruċjali biex dan iseħħ: “Thanks to each and every one of you, Sunny is now safe at CSAF. Your support and kindness made this possible. Thank you for giving Sunny the chance to start a new chapter filled with love, care, and safety,” kiteb.
Qabel ma Sunny daħal fil-kura tas-CSAF, saret kontribuzzjoni ta’ €300 biex tgħin tkopri l-ispejjeż relatati mal-kura tiegħu. Huwa esprima l-apprezzament tiegħu lejn kull min ta sehmu biex Sunny jingħata opportunità għal bidu ġdid mimli mħabba, kura u sigurtà.
Issa Sunny jista' jgawdi minn dawn il-benefiċċji u ħafna mħabba hekk kif m'għadux iktar jiġri qalb it-toroq.
Fb/ Ackerley Pace