Chrizaya Ta’ 12-Il Sena Taqta’ Xagħrha Biex Tagħtih B’Donazzjoni Lil Min Hu Fil-Bżonn

Żgħira fl-età iżda b'qalb kbira u tad-deheb! Chrizaya li għad għandha biss 12-il sena tkompli sservi ta' ispirazzjoni għal bosta fuq il-midja soċjali hekk kif issa ħadet l-inizjattiva li taqta' xagħrha sabiex tkun tista' tagħtih bħala donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund ħalli b'hekk tgħin lil min hu fil-bżonn.

F'filmat li hi tellgħet fuq il-midja soċjali, Chrizaya tidher anzjuża iżda fl-istess waqt ferħana u mimlija eċitament sabiex b'din id-deċiżjoni tagħha tkun ta' tama ġdida għal bosta oħrajn li bħalissa għaddejjin minn xi tbatija minħabba mard serju.

"Għalija hija bidla kbira, imma għal xi ħadd ieħor tista' tfisser ħafna aktar," saħqet Chrizaya.

Ritratti:

Facebook / Chrizaya Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI