“Il-Qadi Tad-Dmir Bi Tbissima Dejjem Jistħoqqlu Jiġi Apprezzat” – Carlos Farrugia

Ġest sempliċi iżda sabiħ minn Pulizija waqt xogħlu ġewwa l-Mosta ġibed l-attenzjoni ta’ Carlos Farrugia, li ddeċieda li jaqsam pubblikament dak li ra.

Carlos spjega li dalgħodu kien qed iqatta’ ftit ħin il-Monti tal-Mosta mat-tifla u man-neputija tiegħu, meta nnota l-mod ġentili u uman li bih dan il-Pulizija kien qed jaqdi dmiru.

Minbarra li kien preżenti biex jgħin iżomm ambjent sigur għal dawk kollha li kienu hemm, il-Pulizija kien qed jieħu l-ħin tiegħu biex jitkellem man-nies, jistaqsihom kif inhuma u jiċċajta mat-tfal. Saħansitra kien qed jilgħab magħhom u jieħu ritratti magħhom. Skont Farrugia, dawn il-ġesti żgħar jistgħu jagħmlu differenza kbira fil-komunità u jgħinu biex in-nies iħossuhom aktar qrib il-korp tal-pulizija.

Carlos temm il-messaġġ tiegħu billi feraħ lill-Pulizija u rringrazzja lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta għax-xogħol u s-servizz tiegħu: “Il-qadi tad-dmir b’rispett, tbissima u qalb tajba dejjem jistħoqqlu jiġi apprezzat. Bravissimu!” 

Ritratti:

Fb/ Carlos Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI