Lulju Tal-2026 Kiser Rekords Tat-Temperatura F’Aktar Minn 30 Pajjiż Fosthom F’Malta!

Ix-xahar ta’ Lulju tal-2026 ġab miegħu temperaturi estremi f’diversi nħawi madwar id-dinja, tant li nkisru rekords tat-temperatura f’aktar minn 30 pajjiż, fosthom f’Malta.

Dan ħareġ minn tagħrif maqsum mill-paġna It-Temp Madwarna, li rrimarkat li minkejja n-numru kbir ta’ rekords li nkisru, fuq livell globali Lulju tal-2026 xorta waħda ma kienx l-aktar Lulju sħun irreġistrat.

Skont il-paġna, fost ir-reġjuni li esperjenzaw l-aktar temperaturi estremi kien hemm is-Sahel fl-Afrika, kif ukoll il-Lbiċ u l-Punent tal-Ewropa.

It-Temp Madwarna qasmu wkoll aġġornament dwar l-Etna fi Sqallija. Huma spjegaw li, skont immaġni mis-satellita tat-temp, il-vulkan għadu qed jiżbroffa, bis-sħaba tal-irmied testendi lejn in-Nofsinhar u tasal sal-inħawi tal-gżejjer Maltin.

It-tagħrif dwar is-sitwazzjoni meteoroloġika u l-immaġni bis-satellita huma attribwiti lill-EUMETSAT.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI