“Grazzi Li Rajtuni Bħala Wieħed Minnkom” – Il-Messaġġ Sabiħ Ta’ Guilherme Lill-Iscouts Ta’ Santa Venera

Guilherme rringrazzja lill-iScouts ta’ Santa Venera talli tawh l-opportunità jkun parti minn esperjenza li kif stqarr fuq messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali: “ħallietlu memorji sbieħ.”

Flimkien ma’ dan il-messaġġ intwera filmat, fejn Guilherme fakkar kif meta tiġi biex tinkludi persuna b’diżabilità faċli jinstabu ħafna skużi: li forsi ma jkunx tajjeb għaliha, li tista’ żżomm lill-oħrajn lura jew li r-responsabbiltà tkun kbira wisq. Sfortunatament, jgħid li ħafna drabi persuni b’diżabilità għadhom jiltaqgħu ma’ dan it-tip ta’ ħsieb.

Iżda din id-darba l-istorja kienet differenti. Minflok sab bibien magħluqa, Guilherme sab grupp li għażel li jilqgħu u jgħidlu, “Ejja magħna, int wieħed minna.” Grazzi għal din id-deċiżjoni, huwa kellu l-opportunità jmur Gilwell Park flimkien ma’ sħabu u jgħix ġimgħa mimlija esperjenzi, tbissim u memorji li se jibqa’ jgħożż.

Guilherme fakkar li l-inklużjoni vera, tfisser li tagħmel dak kollu possibbli biex persuna tħossha tassew milqugħa. Dan mhux dejjem faċli u xi drabi jeħtieġ paċenzja, adattament u kuraġġ, iżda huma proprju dawn l-azzjonijiet li jagħmlu d-differenza.“Grazzi li rajtuni bħala wieħed minnkom,” temm il-messaġġ tiegħu lill-iScouts ta’ Santa Venera.

Ritratti:

Fb/ Guilherme’s journey of hope

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI