Aħbar Tajba Mingħand Lennon John Wara Ġurnata Diffiċli Li Esperjenza Lbieraħ

Aħbar ferm isbaħ dalgħodu mingħand Lennon John, hekk kif qasam li qam iħossu ħafna aħjar wara li lbieraħ żvela li kien sofra attack (seizure)

Permezz tal-paġna Lennon John – Fighting IRD, ilbieraħ ġie spjegat li l-attakk seħħ filgħodu u li dan huwa parti mill-kundizzjoni tiegħu, li tista’ tikkawża dawn l-episodji mingħajr ebda twissija. Wara l-attakk, Lennon kien għajjien u kellu bżonn il-mistrieħ sabiex ġismu jerġa’ jikseb is-saħħa.

Fortunatament, illum waslet aħbar ferm aktar pożittiva. “Qomt inħossni ħafna aħjar dalgħodu,” ġie miktub  fuq il-paġna tiegħu.

Lennon irringrazzja wkoll lil dawk kollha li bagħtulu messaġġi, talb u kliem ta’ mħabba matul dawn is-sigħat, filwaqt li esprima l-gratitudni tiegħu lejn kull min jinsab qrib tiegħu u tal-familja tiegħu.

Ritratti:

Fb/ Lennon John

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI