Staring At You – Mariah Gerada Tniedi Kanzunetta Ġdida B’Ħoss Sajfi

Il-kantanta żagħżugħa Mariah Gerada għadha kemm nediet il-kanzunetta l-ġdida tagħha Staring At You, li ħarġet uffiċjalment fit-8 ta’ Awwissu. Dan il-proġett għandu tifsira aktar speċjali għal Mariah hekk kif il-lirika tal-kanzunetta kitbitha flimkien ma’ ommha, filwaqt li l-mużika hija tal-kompożitur u produttur Cyprian Cassar.

Staring At You hija pass ieħor fil-vjaġġ mużikali ta’ Mariah, hekk kif tkompli tiżviluppa l-identità tagħha bħala artista u taqsam materjal oriġinali mal-pubbliku. Ħafna taf jiftakruha fuq X Factor Malta fejn f'żewġ staġuni konsekuttivi waslet verament viċin li tavvanza għall-fażi tal-Judges Houses.

Il-kanzunetta l-ġdida hija disponibbli fuq il-pjattaformi diġitali. Nawguraw lil Mariah ħafna suċċess b’Staring At You!

Ritratti:

Facebook / Mariah Gerada

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI