L-EBU għadha kif ħabbret li pajjiżi li jinsabu fi gwerra mhumiex se jkunu qed jitħallew jospitaw il-Eurovision Song Contest minħabba raġunijiet ta' sigurtà.
Għall-Iżrael u l-Ukrajna - żewġ pajjiżi li bħalissa qed jipparteċipaw u jinsabu fi gwerra - għalihom ifisser li anke jekk stess jirbħu, mhumiex se jkunu qed jitħallew jospitaw dan il-festival internazzjonali.
Lura fl-2022, l-organizzaturi tal-Eurovision kienu sabu rwieħhom f'sitwazzjoni simili meta l-Ukrajna ħarġet rebbieħa. F'dik is-sena kien ġie deċiż li l-festival jiġi ospitat minflok mir-Renju Unit fl-isfond ta' tħassib ta' sigurtà.
Pexels u ChatGPT