L-esperti qed isostnu li kemm-il darba ma jsirux sforzi ikbar sabiex tiġi indirizzata l-problema tal-bidla fil-klima, fis-snin li ġejjin il-mewġiet tas-sħana se jkomplu jiżdiedu u jiggravaw.
Dan hekk kif bħalissa s-sajf ta' din is-sena huwa fil-proċess li jsir l-iżjed wieħed sħun fl-istorja. Apparti minn hekk, madwar l-Ewropa kollha qed joħorġu aħbarijiet ta' nirien kbar jiżviluppaw f'inħawi differenti.
Facebook / Corinthia St George’s Bay u Pexels