“Wara L-Maltemp, Irnexxielna” – Kaya Gouder Curmi Tikseb It-Tieni Post Fit-Turkija

Il-kantanta Maltija Kaya Gouder Curmi għadha kif irritornat mit-Turkija b’riżultat mill-isbaħ hekk kif irnexxielha tikseb it-tieni post f’kompetizzjoni internazzjonali. Kaya qasmet il-ferħ tagħha fuq il-midja soċjali u ddeskriviet din l-esperjenza bħala waħda mill-isbaħ ta’ ħajjitha. Il-kompetizzjoni inkludiet orkestra live, spettaklu f’teatru u panel magħmul minn 18-il ġurat.

"Wara l-maltemp, irnexxielna. Lura mit-Turkija bit-tieni post u b’qalbi mimlija gratitudni," kitbet Kaya. Hija qalet li minn din l-esperjenza ħarġet b’ħafna tagħlim u memorji li żgur se tibqa’ tgħożż. Il-kantanta rringrazzjat lil dawk kollha li appoġġjawha tul dan il-vjaġġ, filwaqt li kellha kliem speċjali għal Evelina Batey, il-manager internazzjonali tagħha, talli emmnet fiha u għenet biex din l-esperjenza ssir realtà.

Messaġġ mill-qalb mar ukoll lejn ommha, "Naf li int b’saħħtek, iżda din id-darba kont aktar b’saħħtek minn qatt qabel. Grazzi. Mingħajrek, xejn minn dan ma kien ikun possibbli." Prosit lil Kaya għal dan ir-riżultat sabiħ u talli kompliet ittajjar il-bandiera Maltija fix-xena internazzjonali!

Ritratti:

Facebook / Kaya Gouder Curmi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI