Ramblers Malta taw aġġornament dwar il-każ tax-xogħlijiet li kienu qed isiru fil-Għargħur, u ħabbru li dawn twaqqfu sakemm tkun tista’ ssir spezzjoni xierqa fuq il-post aktar tard dan ix-xahar.
Skont Ramblers Malta, ix-xogħlijiet twaqqfu wara intervent mis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali (SCH), bil-Kunsill Lokali jaqbel li ma jitkomplewx ix-xogħlijiet sakemm issir l-ispezzjoni.
"Ġejna infurmati li wara intervent mill-SCH, il-Kunsill Lokali qabel li jwaqqaf ix-xogħlijiet fil-Għargħur sakemm tkun tista’ ssir spezzjoni xierqa fuq il-post aktar tard dan ix-xahar. Grazzi u prosit," kitbu Ramblers Malta.
Huma żiedu jgħidu li membri tagħhom marru fuq il-post dalgħodu u nnutaw li l-ħsara li saret kienet limitata u tista’ titreġġa’ lura.
Facebook / Ramblers Malta