“Tgħixx Wara Maskra Biex Togħġob Lil Ħaddieħor” – Ivan Gaffiero

Ivan Gaffiero qasam ħsieb pożittiv fuq il-paġna tiegħu, din id-darba dwar l-importanza li persuna tkun sinċiera magħha nnifisha u ma tippruvax tkun xi ħadd ieħor biex togħġob lil dawk ta’ madwarha.

Gaffiero beda billi tkellem dwar iż-żewġ uċuħ li, skontu, niltaqgħu magħhom ta’ spiss fil-ħajja tagħna: dak il-wiċċ li jilqgħek bi tbissima kif ukoll dak li jħares lejk b’ċertu għira. Minn dan il-ħsieb u wassal il-messaġġ importanti li xtaq jaqsam mas-segwaċi tiegħu: “Fil-ħajja, kun int.”

“Tgħixx wara maskra biex togħġob lil ħaddieħor. Ħalli wiċċek ikun naturali, tbissima sinċiera u qalbek safja,” żied  jgħid.

Gaffiero temm il-ħsieb tiegħu b’mod li jġegħelna nirriflettu fejn stqarr li finalment “fl-aħħar mill-aħħar, l-isbaħ wiċċ huwa dak li ma għandu xejn x’jaħbi.” Messaġġ ġenwin li għalkemm jidher sempliċi fih ħafna x’tomgħod. 

Ritratti:

Facebook/ Ivan Gaffiero & Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI