Brother Edward Jiċċelebra 102 Sena! Il-Kulleġġ De La Salle B’Messaġġ T’Awguri

Illum Brother Edward qed jiċċelebra għeluq sninu! Hu twieled fis-16 t’Awwissu tal-1924 u b’hekk illum għalaq 102 sena! Il-paġna tal-Facebook tal-Kullepp De La Salle kitbet messaġġ mill-isbaħ t’awguri.

“Illum, il-Komunità Lasalljana kollha tingħaqad b’qalb mimlija gratitudni biex tawgura lil Brother Edward l-isbaħ xewqat f’għeluq il-102 sena tiegħu!” huma kitbu.

“Għal aktar minn seklu, Brother Edward kien xhud ta’ ħajja ta’ fidi, servizz, dedikazzjoni u mħabba lejn l-oħrajn. Is-saħħa kalma tiegħu, l-umiltà u l-impenn sod lejn il-missjoni Lasalljana jkomplu jispiraw lill-ġenerazzjonijiet. Fl-età ta’ 102 snin, l-istorja tiegħu mhijiex sempliċiment waħda ta’ snin, iżda ta’ ħajja li messet għadd bla għadd ta’ qlub u għenet biex issawwar il-familja Lasalljana tagħna.”

“F’isem il-Brothers, l-istaff, l-istudenti, l-eks studenti u l-Komunità Lasalljana usa’: Awguri għal għeluq il-102 sena, Brother Edward! Jalla Alla jkompli jbierkek bil-paċi, bil-ferħ u b’saħħa tajba. L-eżempju tiegħek ikompli jispira lill-ġenerazzjonijiet.”

Ritratti:

Facebook / De La Salle College Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI