Ilbieraħ fis-sigħat ta' waranofsinhar ħarġet l-aħbar ta' niket li kienet proprju l-omm ta' 44 sena Charlotte Zammit li sfat vittma tat-traġedja li seħħet f'residenza f'Ħaż-Żabbar.
Ftit sigħat wara tkellmet fuq il-midja soċjali oħt il-vittma. Hi spjegat li għalkemm oħtha "qatt ma kellha ħajja faċli", madankollu hi qatt ma qatgħet qalbha u "dejjem ippruvat timxi 'l quddiem".
Oħt Charlotte fissret is-sogħba tagħha li issa oħtha qatt mhu se jkollha l-opportunità tgħix il-kapitlu l-ġdid li kienet qiegħda tħejji għal ħajjitha. "Kien jistħoqqilha l-paċi, il-kuntentizza u ħajja ħielsa mit-tbatija kollha li għaddiet minnha," saħqet oħt il-vittma.
Noffru l-kondoljanzi sinċiera tagħna lill-qraba u l-ħbieb tal-vittma.
Facebook / Angèle Angie’s Hamrun u ONE