Ġewwa L-Italja: Att Vandalu Fuq Statwa Tal-Madonna Proprju F’Jum Il-Festa Ta’ Santa Marija

Bħalissa hemm sens ta' rabja fost il-komunità lokali f’Forio, fil-gżira Taljana ta’ Ischia, wara li statwa tal-Madonna nstabet mingħajr ras fiż-żona magħrufa bħala La Pelara.

Skont rapport ippubblikat minn Ischia Press fil-15 t’Awwissu, dan mhux l-ewwel każ tax-xorta tiegħu, hekk kif din hija t-tielet darba li seħħ inċident simili fuq l-istess statwa. L-inċident seħħ proprju fi żmien il-festa ta’ Santa Marija, waħda mill-aktar festi Marjani importanti għall-Kattoliċi u ċċelebrata fil-15 t’Awwissu.

Għadu mhux ċar min kien responsabbli għall-ħsara jew x’wassal biex l-istatwa spiċċat f’dan l-istat.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI