Is-Servizz Pubbliku tefa’ dawl fuq ix-xogħol ta’ Maria Daniela Camilleri, li taħdem bħala Uffiċjal tal-Informazzjoni fi ħdan id-Dipartiment tal-Informazzjoni. Maria Daniela tiddeskrivi r-rwol tagħha bħala wieħed varjat u dinamiku, fejn parti minn xogħolha tinvolvi kuntatt dirett mal-pubbliku, twieġeb mistoqsijiet u tidderieġi lin-nies lejn id-dipartimenti li jkunu jistgħu jgħinuhom.
Parti importanti oħra minn xogħolha hija marbuta mal-arkivji. Flimkien mal-kollegi tagħha, hi taħdem fuq ritratti u filmati li jmorru lura għas-snin sittin u sebgħin, bil-għan li jinbnew rekords uffiċjali tal-materjal miżmum fl-arkivji tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Permezz tar-riċerka tagħha, Maria Daniela tgħin ukoll lit-tim tal-mezzi soċjali biex jaqsam mal-pubbliku ritratti storiċi li jqajmu interess u nostalġija. Dwar is-sodisfazzjon li tieħu minn xogħolha, hi tgħid li l-fatt li kontinwament tkun qed tirriċerka u tgħin lill-pubbliku jfisser li dejjem tibqa’ titgħallem.
“Jgħaddu kemm jgħaddu ġranet, ta’ kuljum dejjem titgħallem xi ħaġa ġdida,” temmet tgħid.
Facebook / Is-Servizz Pubbliku