Madwar xahar ieħor eluf ta' tfal Maltin se jkunu qiegħdin jirritornaw wara l-bankijiet tal-iskola, hekk kif il-vaganzi tas-sajf jaslu fi tmiemhom. Għal ħafna familji, dan iż-żmien tas-sena jista' jwassal għal tħassib kbir minħabba problemi finanzjarji.
Hu proprju għal din ir-raġuni li l-Fondazzjoni St Jeanne Antide niedet inizjattiva sabiħa fejn qed tistieden lill-ġenituri kollha li jinsabu f'qagħda finanzjarja li tippermettilhom jgħinu, sabiex meta jmorru jixtru l-bżonnijiet tal-iskola għat-tfal tagħhom, jaħsbu fi tfal oħrajn.
Il-ġenituri huma mistiedna sabiex jixtru bżonnijiet tal-iskola żejda u jagħtuhom lill-Fondazzjoni ħalli huma jieħdu ħsieb jagħtuhom lit-tfal fil-bżonn.
"Kull tifel u tifla jistħoqqilhom jibdew is-sena akkademika tagħhom b'kunfidenza, dinjità u tama," irrimarkat il-Fondazzjoni.
Pexels