Bil-Filmat: “Ġiet Abbandunata Meta Kellha Kważi Sena… Għandhom Ħafna Mħabba X’Jagħtu” – L-Istorja Ta’ Siana, Kelba Li Sabet Familja

Adotta

Fuq il-paġna tas-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said, ġie ppubblikat filmat fejn is-sid li adotta lil Siana, kelba mistħija iżda li issa qed tafda aktar, jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu.

Jgħid li grazzi għal Maria Pia u l-voluntiera l-oħra, wasal biex sab lil Siana, u adottaha, u llum il-ġurnata għandha d-dar tagħha. "Ġiet abbandunata meta kellha kważi sena... għandhom ħafna mħabba x'jagħtu."

Hu jappella dwar l-importanza li nadotta lill-klieb u mhux nixtruhom. Ara l-filmat hawn taħt:

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI