39°C Fuq It-Termometru, Imma ‘L Fuq Minn 45°C Għal Ġisimna – X’Jiġri Eżatt?

Xemx

Fi tmiem il-ġimgħa, it-temperatura tal-arja tista’ titla’ għal madwar 37-39°C, iżda f’ċerti ħinijiet tista’ tinħass li taqbeż il-45°C.

Dawn mhumiex l-istess ħaġa: it-termometru jkejjel it-temperatura tal-arja, filwaqt li t-temperatura li tinħass fiżikament tirrifletti kemm ikun diffiċli għal ġisimna biex jeħles mis-sħana.

L-għaraq jgħin biex ikessaħna mhux sempliċement għax joħroġ mill-ġisem, iżda għax meta jevapora mill-ġilda jieħu miegħu s-sħana. Meta l-arja tkun sħuna u umda ħafna, madankollu, l-evaporazzjoni tonqos u ġisimna jsibha aktar diffiċli biex jiksaħ.

F’dawn il-kundizzjonijiet, il-ġisem ikollu jaħdem aktar biex iżomm it-temperatura tiegħu taħt kontroll: il-qalb tħabbat aktar, jintbagħat aktar demm lejn il-ġilda u jintilfu aktar ilma u melħ permezz tal-għaraq.

Jekk l-espożizzjoni għas-sħana ddum, jiżdied ir-riskju ta’ deidratazzjoni, għejja ħabba s-sħana u, f’każijiet severi, heatstroke.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI