Il-paġna uffiċjali Identità Malta għadha kemm ħabbret avviż importanti immens li l-pubbliku għandu jieħu nota tiegħu.
It-tim jinforma lill-pubbliku li nhar it-Tnejn 7 u t-Tlieta 8 ta’ Settembru 2026, l-uffiċini ta' Identità se jkunu magħluqin. Fl-istess waqt tavża li t-taqsima tar-riċerki se tkun miftuħa nhar it-Tnejn 7 ta’ Settembru "skont l-obbligi legali".
Jekk għandek bżonn tuża s-servizzi tagħhom, ħu nota dwar dan u ippjana minn qabel.
Facebook/ Identità Malta