Il-kantant lokali Ivan Farrugia kiteb messaġġ lill-għażiża bintu li llum qed tiċċelebra għeluq sninha.
Hu feraħ lil bintu permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, fejn qal li “bħal żiffa” Emma għalqet 20 sena. Huwa rrifletta fuq is-snin li għaddew, minn meta kienet tifla ċkejkna sal-mara żagħżugħa li saret illum.
Ifakkar b’ċertu sens ta’ umoriżmu f’20 sena mimlija daħk, memorji, argumenti, tgħanniq u mumenti ta’ kburija. Semma wkoll l-ammont kbir ta’ ritratti li għandu tagħha li tant iġibu memorji prezzjużi.
"Dejjem ftakar: Ma jimpurtax kemm ikollok età, dejjem se tibqa' ż-żgħira tiegħi... inħobbok aktar milli qatt tista' taħseb!"
Jinkoraġġiha biex tibqa' wara l-ħolm tagħha, tgawdi l-ġenn tal-ħajja, tidħak b’leħen għoli u, fuq kollox, qatt ma tieqaf tkun hi stess.
Xerred anke il-filmat favorit tagħhom fejn Ivan u bintu qed ikantaw kanzunetta li jħobbu fil-karozzi. Awguri mill-qalb Emma!