Ikkonfermat: Division 7 Mit-2 t'Ottubru… Imma

Id-drama popolari fuq ONE Division 7, ser tirritorna għas-7 staġun minn Otturbru! Proprju fit-2 t'Ottubru, Division 7 ser ikompli. F'dan l-episdoju mistenni li naqtgħu l-kurżità jekk Julia (karattru nterpretat minn Jackie Vassallo Bianchi) mititx jew le! Tgħid Amir (Jason Zerafa) jsalva s-sitwazzjoni? Jew ser naraw Washak b'ras Julia. Ras? Kif se ssir din?... Nistennew u naraw

Ritratt Julia f'Division 7 / Facebook

Imma għas-segwaċi u ammiraturi ta' Division 7, din is-sensiela ser ikollha biss 12-il episodju! Infatti din id-drama ser tibda mit-2 t'Ottubru sat-18 ta' Diċembru! Wara jkun hemm pawża u jerġa jkompli għal 8 episodji mit-18 ta' Marsu sas-6 ta' Mejju 2020. 

Fil-perjodu ta' waqfien, il-produtturi ta' Division 7 ħabbru li ser jkollhom drama ġdida bl-isem ta' Game Over, b'10 episodji! Filwaqt li fit-13 ta' Mejju ser tibda drama ġdida oħra, mill-istess produtturi, bl-isem ta' Alla Magħna b' 7 episodji biss. 

Division 7 / Facebook

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI