“Iltqajt Mal-Papa U Kellimtu Dwar Iz-Ziju Tiegħi Li Kien Saċerdot U Serva Miegħu Fil-Brażil Snin Ilu” – Zack Grech

Ftit jiem ilu l-ħolma ta' Zack Grech, abbati Karmelitan f'Santa Venera, saret realtà hekk kif hu kellu l-opportunità li jiltaqa' mal-Papa Ljun XIV. Zack jistqarr li dan kien l-isbaħ mument ta' ħajtu.

Hu jirrakkonta l-paċi u l-ferħ li ħass meta mal-Papa tkellem dwar iz-ziju tiegħu li kien saċerdot u kien iservi mal-Papa snin twal ilu meta t-tnejn li huma kien fuq missjoni fil-Brażil.

Zack ikompli jsemmi li l-esperjenza tiegħu fil-Vatikan kienet waħda indimentikabli wkoll għaliex kellu l-privileġġ li jiltaqa' ma' bosta kardinali, arċisqfijiet kif ukoll saċerdoti.

Ritratti:

Facebook / Abbatini Karmelitani Santa Venera

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI