“Iż-Żgħir Illum Jagħlaq Sena!” – Jum Speċjali Għal Quinton Scerri Hekk Kif Sena Ilu Beda L-Isbaħ Kapitlu Ta’ Ħajtu Bħala Missier Ta’ Tnejn

Ilbieraħ kienet ġurnata tassew speċjali għall-preżentatur Quinton Scerri u l-familja tiegħu, hekk kif iċ-ċkejken tiegħu għalaq l-ewwel sena tiegħu. Dan ifisser li l-ġurnata ma timmarkax biss l-ewwel għeluq snin taċ-ċkejken, iżda wkoll sena minn meta Quinton sar missier ta' tnejn u beda kapitlu ġdid f’ħajtu.

“Iż-żgħir illum jagħlaq sena! Happy Birthday,” kiteb Quinton fuq il-midja soċjali, f’messaġġ qasir iżda mimli ferħ u mħabba. Bla dubju, matul din l-aħħar sena Quinton u l-familja tiegħu kellhom iċ-ċans joħolqu għadd ta’ memorji sbieħ flimkien, hekk kif raw liċ-ċkejken jikber quddiem għajnejhom.

F’isem Gwida.mt, nawguraw liċ-ċkejken l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u lil Quinton u l-familja tiegħu ħafna aktar memorji sbieħ flimkien!

Ritratti:

Facebook / Quinton Scerri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI