Haley Bugeja Tispikka B’Żewġ Gowls Kontra Napoli

It-talent Malti jibqa’ jiddi wara li Haley Bugeja reġgħet spikkat fl-Italja hekk kif sabet ix-xibka darbtejn għal Inter fil-konfront kontra Napoli fit-tieni rawnd tas-Serie A Women’s Cup. Bugeja ma damitx wisq biex ħalliet il-marka tagħha fuq il-partita, hekk kif kienet hi li fetħet l-iskor wara biss ħames minuti logħob.

Il-plejer internazzjonali Maltija kompliet bil-prestazzjoni pożittiva tagħha u fil-51 minuta reġgħet sabet ix-xibka, din id-darba minn penalty, biex b’hekk irreġistrat doppjetta fl-Arena Civica.

Il-Malta Football Association faħħret il-wirja tal-plejer Maltija permezz ta’ post fuq il-midja soċjali.

Prosit kbira, Hayley!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI