Kate mill-paġna Kate: Writing My Story, irringrazzjat lir-Regatta Club tal-Birgu talli ħadu l-inizjattiva u rnexxielhom jiġbrulha somma sabiħa biex tkompli tieħu t-terapija li għandha bżonn.
Hi kitbet, Illum ninsabu t-Tombla tal-Birgu Regatta Club. Ġejna ngħidu grazzi kbira minn qalbi tad-donazzjoni sabiħa li tawni biex inkompli bil-mixja tiegħi. Grazzi lilkom kollha tal-imħabba u l-appoġġ tagħkom, u grazzi wkoll lil dawk kollha li qed jiġu jkellmuni u jagħtuni tant kuraġġ. Grazzi, grazzi, grazzi minn qalbi!”
Nieħdu pjaċir narawha b’dik it-tbissima ħelwa fuq wiċċha! Nirringrazzjaw lil kull min ta d-donazzjoni tiegħu. Donazzjoni żgħira tista’ tfisser id-dinja għaċ-ċkejkna Kate, għaliex ikollha l-opportunita`tgħix kwalita`ta’ ħajja aħjar.
Facebook / Kate: Writing My Story