“Għaliex Aħna Ma Nkunux Inklużi Wkoll? Aħna Wkoll Għandna D-Dritt Li Nimxu B’Mod Aktar Indipendenti” – Jeanesse Abela

Jeanesse Abela tat l-opinjoni tagħha dwar is-servizz ta’ trasport b’xejn li qed jingħata lill-anzjani. Hi spjegat li taqbel ferm mal-idea imma tixtieq li persuni b’diżabilità jkunu nklużi wkoll.

Fuq il-paġna tagħha kitbet, “Huwa sabiħ ħafna li qed tiġi offruta trasport b’xejn għall-anzjani, u tassew prosit għal din l-inizjattiva.  Imma nixtieq nagħmel mistoqsija importanti: xi ngħidu għal persuni b’abbiltajiet differenti u persuni b’diżabilità? Għaliex aħna ma nkunux inklużi wkoll? Aħna wkoll għandna d-dritt li nimxu b’mod aktar indipendenti, noħorġu, immorru għall-appuntamenti, għax-xogħol, għax-xiri u nipparteċipaw fil-komunità bħal kulħadd. L-inklużjoni ma għandhiex tkun biss kelma sabiħa. L-inklużjoni għandha tfisser li ħadd ma jitħalla barra.”

Qalet ukoll, “Jekk qed noħolqu trasport aċċessibbli u b’xejn għal dawk li għandhom bżonnu, ejjew niżguraw li jkun hemm post ukoll għal persuni b’diżabilità u abbiltajiet differenti. L-anzjani jistħoqqilhom dan is-servizz, imma aħna wkoll jistħoqqilna li nkunu parti minnu. Ejja nibnu soċjetà fejn verament ħadd ma jitħalla lura.”

Nirringrazzjawha talli permezz tal-pjattaforma tagħha, qiegħda tati vuċi lill-persuni b’diżabilità.

Ritratti:

Facebook / Jeanesse Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI