Sebastian Debono appella għall-għajnuna fuq il-paġna tiegħu, biex jinġabru donazzjonijiet għal Andrea Calleja, raġel kuraġġuż li wasal biex jagħmel pass importanti f’ħajtu.
Sebastian spjega, “Appoġġjaw lil Andrea Calleja, jew kif jafu kulħadd – Batman - . Andrea ilu atleta ħajtu kollha. Futball, fitness, tlielaq, dejjem dak li kien jagħti kuraġġ lit-tim tiegħu. Fis-sena 2022, waqt The Grid, hu kien l-aħħar raġel fl-aħħar ostaklu, jiżgura li kulħadd jirnexxielu jgħaddi. Dak il-ħin sofra inċident fejn weġġa’ għonqu. Dan ħallih ipparalizzat f’idejh u saqajh kollha.”
Żied jgħid, “Erba’ snin wara, Andrea se jagħmel pass kbir. Ħiereġ mill-isptar Karin Grech u għad-dar tiegħu stess – dar li għandha bżonn tkun kompletament addattata għal dak li għandu bżonn. Dan, u t-terapija fiżika li għandu bżonn biex ikompli jtejjeb ħajtu, huma ta’ prezz li familtu qed iġġorr waħedha.”
L-għan tagħhom huma li jiġbru sittin elf ewro u l-kampanja se tagħlaq fit-28 t’Ottubru. Xerrdu dan il-messaġġ biex flimkien ngħinu lil Andrea.
Facebook / Sebastian Debono