“Għeluq Sħiħ Tat-Toroq Se Jkun Meħtieġ Għall-Applikazzjoni Tal-Aħħar Saff Tal-Asfalt” – Infrastructure Malta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Infrastructure Malta qasmu mas-segwaċi informazzjoni dwar xi xogħlijiet għaddejjin bħalissa.

Qalu, “Infrastructure Malta tinforma lill-pubbliku dwar l-aħħar aġġornamenti relatati max-xogħlijiet li għad fadal fi Triq Schembri u Triq Mile End. Triq Schembri se tkun miftuħa għat-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet bejn it-Tnejn 7 u t-Tnejn 14 ta’ Settembru. Matul dan il-perjodu, se jkomplu x-xogħlijiet ta’ rfinar u l-allinjament tal-manhole covers tul Triq Mile End. Għeluq sħiħ tat-toroq se jkun meħtieġ għall-applikazzjoni tal-aħħar saff tal-asfalt, skont l-iskeda li ġejja: It-Tlieta 15 ta’ Settembru Saff finali tal-asfalt f’Triq Mile End – minn Triq P. Xuereb sa Sqaq il-Kubrit.”

Tennew “L-Erbgħa 16 ta’ Settembru: Saff finali tal-asfalt f’Triq Mile End – naħa tal-Benna. Se jkomplu l-marki tat-triq minn Triq P. Xuereb sa Sqaq il-Kubrit. Il-Ħamis 17 ta’ Settembru: Saff finali tal-asfalt f’Triq Schembri. Se jkomplu l-marki tat-triq fuq in-naħa tal-Benna.”

Żiedu, “Il-Ġimgħa 18 u s-Sibt 19 ta’ Settembru: Marki tat-triq tul Triq Schembri. Infrastructure Malta tirringrazzja lill-pubbliku għall-kooperazzjoni u l-paċenzja tiegħu waqt li qed jitlestew dawn ix-xogħlijiet.

Ritratti:

Kunsill Lokali Hamrun/ Infrastructure Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI