L-ebda familja qatt ma tipprepara sabiex ikollha taffaċja l-mewt ta' missier. Familja Amerikana sabet mezz uniku li seraq il-qlub ta' bosta minn madwar id-dinja kif tfakkar il-memorja tal-missier, li sfortunatament ħalla din id-dinja xi snin ilu.
L-ulied flimkien ma' ommhom inġabru flimkien quddiem kejk simili għal dak li dejjem kienu jħejjulu f'jum għeluq sninu. Għal kull xemgħa li huma poġġew ġo dan il-kejk, semmew xi ħaġa li għamlu matul dawn l-aħħar snin li jafu żgur li kieku missierhom kien ikun kburi biha.
Bint minnhom semmiet is-suċċess akkademiku tagħha billi ftit xhur ilu rnexxielha tiggradwa. Bint oħra semmiet il-premji li rnexxielha tirbaħ fit-tlielaq taż-żwiemel, proprju biż-żiemel li tant kien għal qalb missierha.
Dan il-filmat li huma ħadu u li juri dan il-mument tant emozzjonanti spiċċa saħansitra ġie mxandar minn paġni popolari fuq livell internazzjonali u konsegwentament ġie segwit minn mijiet ta' eluf li tħallew kommossi bil-kuraġġ ta' din il-familja u bil-ħsieb uniku tagħhom.
Instagram / Pubity (@carolineherman)