Kull Partita Futbol Fl-Arġentina Se Titwaqqaf Fl-10 Minuta Biex Tonora Lil Lionel Messi Fil-Jiem Li Ġejjin

Kull partita futbol li ssir fl-Arġentina fil-jiem li ġejjin mistennija titwaqqaf fl-għaxar minuta għal ftit sekondi sabiex matulhom tiġi onorata l-karriera tal-plejer ta' popolarità kbira Lionel Messi. Dan wara li ftit jiem ilu, Messi ħabbar li kien se jirtira mit-tim nazzjonali Arġentin.

Il-partiti se jkunu qiegħdin jitwaqqfu fl-għaxar minuta għaliex hu proprju n-numru għaxra li Lionel Messi libes fil-maġġoranza tal-karriera tiegħu mat-tim nazzjonali Arġentin.

Lionel Messi ħabbar id-deċiżjoni tiegħu wara li ftit xhur ilu pajjiżu sofra telfa diżappuntanti fil-konfront finali tat-Tazza tad-Dinja kontra Spanja.

L-aħbar li Messi se jirtira mit-tim nazzjonali ta' pajjiżu ħarġet fl-isfond ta' diversi rapporti li qed jiġu ippublikati bħalissa fuq il-midja li jsemmu li l-plejer Portugiż Cristiano Ronaldo jaf jieħu deċiżjoni simili fix-xhur li ġejjin.

Ritratti:

Facebook / Viva Barca u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI