90.5% Tal-Maltin Jemmnu F’Alla… Żgħażagħ Bejn Is-16 U L-25 Sena Fost L-Inqas Li Jemmnu

Statistiċi li ġew ippublikati dalgħodu juru li 90.5% tal-Maltin jemmnu f'Alla. Dan filwaqt 5.6% qalu li ma jemmnux u 3.9% esprimew sens ta' indeċiżjoni dwar it-twemmin tagħhom f'Alla.

L-istatistika osservat ukoll kif l-inqas parti tas-soċjetà li temmen f'Alla hi dik li tikkonsisti ta' żgħażagħ bejn l-età ta' 16 u 25 sena; fil-fatt, kienu biss 77.3% taż-żgħażagħ li ħadu sehem f'dan is-sondaġġ li b'mod deċiż qalu li jemmnu f'Alla.

Min-naħa 'l oħra, f'dan is-servej, kważi l-anzjani kollha li għandhom 'il fuq minn 66 sena rrispondew b'mod pożittiv għad-domanda jekk jemmnux f'Alla; fil-fatt, 98.4% tal-anzjani wieġbu fil-pożittiv.

Għal din id-domanda, l-istudju qasam il-parteċipanti f'sitt kategoriji differenti abbażi tal-età u seta' jiġi osservat li iżjed ma żdiedet l-età fost il-parteċipanti, iżjed żdied it-twemmin f'Alla.

L-istatistiċi li ġew ippublikati huma parti minn konferenza li ssir ta' kull sena magħrufa bħala 'L-Istat tan-Nazzjon'.

Intom x'taħsbu dwar ir-riżultati ta' dan is-sondaġġ?

Ritratti:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI