Illum, 4 ta’ Settembru, l-attur Malti Alvin Cacciattolo qed jiċċelebra għeluq is-47 sena tiegħu. Imwieled f’San Ġiljan fl-1979, Alvin trabba f’familja b’ħames aħwa.
Il-vjaġġ tiegħu fir-reċtar beda b’mod kemxejn mhux tas-soltu. Fil-bidu kellu biża’ mill-kamera u għalhekk iddeċieda li juża d-drama bħala sfida personali biex jegħleb il-mistħija. Maż-żmien, din l-isfida nbidlet f’imħabba għar-reċtar u f’karriera li wasslitu biex jidher f’diversi produzzjonijiet magħrufa.
Fost is-sensiliet li ħadem fihom insibu Evanġelisti, Miraklu, La Tħobbnix, Ħobbni Ftit, Iċ-Ċaqqufa, Division 7, Rubini, Chalet u Iż-Żmien Bejnietna. Alvin deher ukoll bħala Isaac f’Ta’ Gerit, sensiela li mistennija terġa’ lura b’episodji ġodda f’Ottubru.

Il-karriera tiegħu tinkludi wkoll esperjenzi fil-films qosra. Fl-2011 ħa sehem fil-film Malti The Medic, flimkien ma’ Ryan Galea, produzzjoni li kisbet diversi rikonoxximenti, anke barra minn Malta.
Qabel ma sar magħruf bħala attur, Alvin kellu wkoll passjoni kbira għall-futbol. Bħala goalkeeper, lagħab ma’ diversi klabbs Maltin, fosthom Ħamrun Spartans, Tarxien Rainbows u Balzan.
Għalkemm illum m’għadux jilgħab, il-futbol għadu għal qalbu, tant li jissapportja bil-kbir it-tim Taljan, Milan.
It-Tim ta' Gwida.mt, jawguralu l-isbaħ xewqat għal dan il-jum speċjali u għal aktar suċċessi fil-futur!

Facebook/Alvin Cacciattolo