“Lest Nagħti Ħajti Biex Inġibek Lura, Imma Ma Nistax” – Missier Gil Dave B’Messaġġ Għat-Tieni Anniversarju Mill-Mewt Ta’ Ibnu

Hemm telfiet li ż-żmien ma jħassarhomx, iżda sempliċement jgħallem lill-bniedem jgħix magħhom. Għal missier Gil Dave Spiteri, it-tifkira ta’ ibnu għadha waħda li ġġorr magħha ħafna emozzjonijiet w uġigħ.

F’kitba mill-qalb, huwa reġa’ fakkar lil ibnu, li ħalla din id-dinja fl-età żgħira ta’ 21 sena, fl-14 ta’ Settembru 2024. Il-kliem tiegħu juri kemm hija profonda l-weġgħa ta’ ġenitur li tilef lil ibnu. “Lest li nagħti ħajti biex inġibek lura, imma ma nistax,” kiteb missier Gil Dave - kliem qasir iżda li jgħid ħafna dwar l-imħabba u n-nuqqas li jħoss kuljum.

Huwa rrefera wkoll għad-destin u għall-mument li fih, minkejja kollox, kellu jaċċetta dak li ma seta’ jbiddel bl-ebda mod. Fl-okkażjoni tat-tieni anniversarju mill-mewt ta’ Gil Dave, nhar it-Tnejn 14 ta’ Settembru fis-18:30, se ssir quddiesa għall-mistrieħ ta’ ruħu fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja fiż-Żabbar.

Il-familja qed tistieden lil dawk kollha li jixtiequ jingħaqdu magħhom f’din it-tifkira speċjali.

Ritratti:

Facebook/David Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI