“Mia U Maya Għandhom Rabta Qawwija Bejniethom U Nixtiequhom Ħafna Jiġu Adottati Flimkien.” – Animal Welfare Gozo

Maya u Mia

Animal Welfare Gozo qasmu l-istorja ta’ Mia u Maya, żewġt aħwa żgħar li għaddew minn ħafna flimkien u li issa jinsabu lesti jibdew kapitlu ġdid f’ħajjithom — f’dar mimlija mħabba, kura u sigurtà.

Mia u Maya, żewġt aħwa qtates ta’ madwar disa’ ġimgħat, qed ifittxu dar ġdida fejn jistgħu jgħixu flimkien wara li għaddew minn esperjenzi diffiċli.

Animal Welfare Gozo spjegaw li Mia hi aktar timida u ġentili, filwaqt li Maya hi aktar kurjuża, kunfidenti u jilgħab.

Meta ġew salvati, Mia mill-ewwel marret tgħannaq lil oħtha Maya, u dan juri r-rabta qawwija li hemm bejniethom. Maya kellha wkoll riġel imweġġa’ serjament u kien hemm riskju li titlefha, iżda grazzi għall-kura tal-foster, l-imħabba u t-trattament veterinarju, għamlet irkupru mill-aqwa.

"Mia u Maya għandhom rabta qawwija ħafna bejniethom u nixtiequ ħafna narawhom jiġu adottati flimkien. Minn dejjem kienu ta’ faraġ u sigurtà għal xulxin, u nittamaw li jistgħu jkomplu l-ħajja ferħana tagħhom flimkien. Jekk taħseb li tista’ toffri lil dawn iż-żewġ ħlejjaq innoċenti d-dar mimlija mħabba u permanenti li jixirqilhom, jekk jogħġbok ikkuntattjana."

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI