Bħal-lum erba’ snin ilu, fit-tmienja ta’ Settembru tas-sena 2022, ħallietna r-reġina Eliżabetta t-tieni, wara li kienet ir-reġina tar-Renju Unit għal iktar minn sebgħin sena.
Il-paġna uffiċjali ta’ Westminster Abbey ppubblikat messaġġ bħala tifkira u ringrazzjament lir-reġina Eliżabetta.
Kitbulha, “Bħala knisja rjali, Westminster Abbey kellha relazzjoni speċjali mar-reġina. Matul ħajjitha, hi spiss kienet tiġi hawn għal okkażjonijiet tal-istat u servizzi nazzjonali, u xi ftit mill-iktar mumenti importanti f’ħajjitha seħħew hawnhekk.”
Ir-renju tagħha bħala reġina kien l-itwal fl-istorja tar-Renju Unit, u wiehed mill-itwal madwar id-dinja kollha. Hi kienet irrispettata mmens bħala reġina għas-sens ta’ dedikazzjoni li kellha fir-responsabbilta` tagħha.
Tistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier. Il-memorja tagħha tibqa’ fi qlubna għal dejjem.
Facebook / Westminster Abbey