“Ma Nafhomx Lil Dawn Il-Pulizjotti, Pero’ Huma Min Huma Ngħidilhom PROSIT” – Mariella Mizzi Attard

Mariella Mizzi Attard, omm Corazon, kitbet fuq il-paġna tagħha dwar ġest mill-qalb li nnutat hi u miexja l-Belt.

Hi kitbet, “Dalgħodu, fid-daħla tal-Belt, ħdejn il-bridge, mara tittallab bilqiegħda fuq kartuna. Jersqu lejha żewġ pulizjotti u bi ħlewwa liema bħalha wieħed minnhom jgħidilha, “Sinjura, skużani, se jkolli nqajmek minn hawn.” Newlilha idu biex jgħinha tqum, u qamet bla ebda protesta. X’sar wara ma nafx. Imma l-ġentilezza tal-pulizija kienet verament notevoli.”

Żiedet tgħid, “Forsi tgħiduli li m’għamlu xejn speċjali għax dak hu xogħlhom. Xogħlhom kien li jneħħuha minn hemm. Il-manjieri huma xi ħaġa oltre. Ma nafhomx lil dawn il-pulizjotti, pero’ huma min huma ngħidilhom “PROSIT”. Fadlilna ħafna biex inkunu kburin bina nfusna aħna l-Maltin. Ħaġa sempliċi, imma għalija din kienet rebħa ikbar minn tal-Vitorja, wara n-negattivita’ kollha li għexna f’dawn il-jiem.”

Nirringrazzjaw lil dawn il-pulizija tal-qalb ġentili tagħhom!

Ritratti:

Facebook / Mariella Mizzi Attard u The Malta Police Force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI