Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Parroċċa Marija Annunzjata Ħal Tarxien tkellmu dwar Fra Matthias Buhagiar li nhar il-Ħadd se jagħmel il-Professjoni Solenni bħala Dumnikan.
Huma qalu, “Nitolbu għal Fra Matthias Buhagiar. Nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru, Fra Matthias Buhagiar, żagħżugħ mill-Parroċċa tagħna, se jagħmel il-Professjoni Solenni bħala Dumnikan, u jiddedika ħajtu għal dejjem lil Alla permezz tal-voti tal-faqar, kastità u ubbidjenza.”
Żiedu, “Il-Quddiesa tal-Professjoni se tkun fis-6:30pm, fil-Knisja ta’ San Duminku u l-Verġni Mbierka, ir-Rabat. Nakkumpanjaw lil Fra Matthias bit-talb tagħna f’dan il-pass sabiħ u importanti f’ħajtu.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlu minn qalbna!