Fit-30 Ta’ Dan Ix-Xahar Ser Tinqatel L-Iżgħar Tfajla Li Ngħatat Sentenza Tal-Mewt Fl-Istati Uniti

Christa Pike hija kkunsidrata l-iżgħar mara li ngħatat sentenza ta’ piena kapitali fl-Istati Uniti fl-istorja moderna tal-piena kapitali. Dan wara li l-ġurija sabita ħatja fl-1996 għall-qtil brutali ta’ Colleen Slemmer. Slemmer kellha 19-il sena u Pike kellha 18.

Illum Pike għandha 50 sena u ilha kważi 30 sena tistenna fuq id-death row. Hija wkoll l-unika mara li tinsab taħt sentenza ta’ piena tal-mewt fl-istat ta’ Tennessee. Jekk l-eżekuzzjoni tagħha ssir kif mistennija fit-30 ta’ Settembru, Pike ser tkun l-ewwel mara li tiġi maqtula permezz tal-piena tal-mewt f’Tennessee f’aktar minn 200 sena. L-aħħar eżekuzzjoni ta’ mara f’dan l-istat kienet seħħet fl-1819.

L-eżekuzzjoni hija skedata għall-10:00 ta’ filgħodu, ħin lokali ta’ Tennessee, u l-awtoritajiet diġà bdew bil-preparamenti, fosthom l-għażla tal-ġurnalisti li se jkunu preżenti bħala xhieda uffiċjali.

Ritratti:

Tiffany Tells All

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI