Is-suwiċidju huwa mewta kerha li għalkemm huwa komuni, huwa evitabbli. Li kieku nkunu ftit aktar hemm għal xulxin, nisimgħu lil xulxin, napprezzaw lil xulxin u nifhmu li m’aħniex ngħixu f’dinja weħedna, nagħmlu aktar ġdid.
Nistgħu nagħmlu dawn il-passi żgħar kullimkien; ma’ sħabna, fuq ix-xgħol, ma’ tal-familja, fit-triq mal-istranġieri, fost l-oħrajn. Kelma nieqsa dejjem aħjar milli waħda żejda u anke minn wara screen tal-kompjuter, kulħadd huwa uman.
Is-suwiċidju jibqa’ realtà serja li tista’ tolqot persuni minn kull qasam tal-ħajja. Ħafna drabi, min ikun għaddej minn kriżi jkun qed iġorr piż emozzjonali kbir u jista’ jħossu waħdu jew mingħajr fejn idur.
Insellmu lil dawk kollha li tilfu l-battalja tagħhom kontra s-saħħa mentali.