Ċerti Prodotti Tal-Benna Jaf Ikunu Nieqsa Mill-Ixkafef Tal-Ħwienet Fil-Jiem Li Ġejjin

Ċerti prodotti tal-Benna jaf ikunu nieqsa mill-ixkafef tal-ħwienet fil-jiem li ġejjin minħabba tnaqqis sostanzjali fil-produzzjoni tal-ħalib, ikkawżat mis-sħana tremenda li laqtet lil pajjiżna matul dawn l-aħħar xhur tas-sajf.

Fi stqarrija, il-kumpanija Benna spjegat li bħalissa qiegħda taħdem mill-qrib ma' bosta bdiewa Maltin sabiex tiżgura li l-inkonvenjent għall-klijenti jkun l-inqas wieħed possibbli.

Madankollu, il-kumpanija rrikonoxxiet li l-pressjoni kbira li t-temperaturi għoljin qegħdin ipoġġu fuq il-produzzjoni tal-ħalib aktarx se twassal għal tnaqqis fid-disponibbiltà ta' ċerti prodotti tagħha.

Benna spjegat ukoll kif kull sajf ikun mistenni li l-produttività tal-ħalib tonqos, iżda fissret kif dan is-sajf kien wieħed partikolari, hekk kif minħabba l-estremità tas-sħana l-produttività naqset iżjed milli kien mistenni.

Fil-fatt, is-sajf tal-2026 qed jitqies bħala l-iżjed sajf sħun fl-istorja ta' Malta, skont kif irrappurtat ilbieraħ mis-sit 'Malta Weather'.

F'dan l-isfond, Benna rringrazzjat lill-klijenti tagħha tal-paċenzja u s-sapport tagħhom.

Ritratti:

Facebook / Benna (Malta Daity Products Ltd)

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI