“Il-Prevenzjoni Tas-Suwiċidju Għandha Tkun Fi Ħsiebna Kull Ġurnata Tas-Sena, Mhux Illum Biss” – Il-Briefcase Man

Il-Briefcase Man saħaq li l-prevenzjoni tas-suwiċidju għandha tkun tema li lkoll inżommu f'moħħna matul is-sena kollha, mhux għal ġurnata waħda biss. Hu stqarr dan fil-jum iddedikat għall-prevenzjoni tas-suwiċidju.

F'filmat li tella' fuq il-midja soċjali, kompla jitkellem dwar l-ironija li filwaqt li f'ġurnata bħal-lum għadd ta' persuni jitħaddtu fil-miftuħ dwar l-importanza tas-saħħa mentali; safrattant, matul is-sena naraw bosta każi fejn persuni jinjoraw is-saħħa mentali ta' dawk ta' madwarhom billi jinfexxu f'kummenti ta' tgħajjir lejn xulxin li żgur ma jagħmlux ġid.

"Ikun hemm min jara post fuq il-midja soċjali ta' xi ħadd b'fehma politika differenti minn tiegħu, u jħoss il-bżonn li jinfexx jgħajru," spjega il-Briefcase Man.

Hu rrefera wkoll għall-massa ta' kummenti ta' tgħajjir li tipikament jinkitbu fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali indirizzati lejn il-parteċipanti meta jixxandru reality shows bħal Love Island Malta.

"Għandna nkunu hemm għal xulxin is-sena kollha," saħaq il-personalità Maltija li hu magħruf għall-filmati li jtella' fuq il-midja soċjali fejn fihom jagħmel ġesti sbieħ, ħafna drabi lil persuni li jkunu għaddejjin minn xi forma ta' tbatija.

Ikkumentaw x'taħsbu.

Ritratti:

Facebook / The Briefcase Man

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI