“Wisq Kerha L-Aħbar Li Ħallejtna, Għażiża Ommi” – Indri Attard Iħabbar It-Telfa Ta’ Ommu

Il-preżentatur u artist lokali Indri Attard qasam l-aħbar ta’ niket li tilef lil ommu, f’mument li sar aktar diffiċli għalih minħabba li bħalissa jinsab ’il bogħod minnha.

“Wisq kerha l-aħbar li ħallejtna, għażiża ommi, waqt li jien qiegħed daqshekk ’il bogħod. Qas f’mitt sena ma stennejt li din tiġri u m’iniex maġenbek,” kiteb Indri f’messaġġ emozzjonanti. Hu kompla jwassal kliem mill-qalb lil ommu, “Niġi dalwaqt biex ngħannqek miegħi, l-omm li tajtni l-ħajja.”

Indri temm il-messaġġ billi, f’ismu u f’isem ħuh Mario, irringrazzja lil dawk kollha li qed iżommuhom fi ħsibijiethom f’dan il-mument diffiċli. “F’ismi u f’isem ħija Mario napprezzaw it-talb tagħkom għal ruħha.”

Minn Gwida.mt, ningħaqdu fil-kondoljanzi lil Indri, lil ħuh Mario u lill-familja kollha tagħhom f’dan il-mument ta’ niket. Strieħ fis-sliem.

Ritratti:

Facebook / Indri Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI