L-attur lokali Christopher Caruana fakkar l-ewwel anniversarju taż-żwieġ tiegħu ma’ martu Daphne Caruana Schembri b’messaġġ mill-qalb, li fih esprima l-imħabba u l-apprezzament tiegħu lejha.
F’post li qasam ilbieraħ, Christopher fakkar li waqt li għaddiet sena minn meta żżewġu, ilhom flimkien 17-il sena. Huwa qal li minkejja s-snin kollha li għaddew, xorta waħda dejjem ħa jagħżel lil Daphne - “Sena miżżewġin, 17-il sena flimkien, u xorta nibqa' nagħżel lilek.”
Christopher irringrazzja lil martu tal-imħabba tagħha, u talli tkun l-aqwa ħabiba tiegħu. Jawgura li l-vjaġġ tagħhom ikompli jkun mimli mħabba, daħk u memorji sbieħ.
Awguri lil Christopher u Daphne għall-ewwel anniversarju taż-żwieġ, u għal ħafna aktar snin ta’ mħabba, ferħ u memorji flimkien.