Is-Surmast Lelio Spiteri qasam riflessjoni pożittiva mas-segwaċi tiegħu fuq il-midja soċjali, fejn tkellem dwar il-mod kif jagħżel li jħares lejn il-ħajja u lejn l-isfidi li din iġġib magħha.
“Jien bniedem ottimist. Nipprova nkun dejjem pożittiv,” beda billi kiteb, filwaqt li rrikonoxxa li dan mhux dejjem faċli, hekk kif il-ħajja kapaċi toffri minn kollox. Spiteri spjega li jippreferi jkun imdawwar b’persuni pożittivi, li jħobbu jitbissmu u jidħku, filwaqt li jipprova jżomm ’il bogħod min-negattività u l-enerġija li ma żżid xejn sabiħ fil-ħajja.
Fil-messaġġ tiegħu ħeġġeġ ukoll lil ħaddieħor biex ma jaqtax qalbu, hekk kif jemmen li permezz tal-isforz, il-kuraġġ, ir-rieda u d-determinazzjoni, wieħed jista’ jagħmel ħajtu aħjar.
Huwa temm l-argument billi awgura kull ġid lis-segwaċi tiegħu permezz tal-messaġġ “Nixtieqlek ħafna saħħa u ħafna ferħ.”
Facebook/ Lelio Spiteri