L-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina wasslet ix-xewqat sbieħ tagħha lil Adrian Galea fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu.
Adrian huwa t-Teżorier fi ħdan l-istess Arċikonfraternita’, fejn jagħti sehmu fil-ħidma tagħha. F’messaġġ ippubblikat fuq il-midja soċjali, l-Arċikonfraternita’ awguratlu aktar snin ta’ ħidma u wasslitlu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali.
Nawgurawlu aħna wkoll l-isbaħ xewqat u ħafna aktar snin mimlija saħħa, ferħ u suċċessi!
Facebook/ Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina