L-MP, Mariah Meli Tappella Għal Evalwazzjoni Tar-Riforma Tal-Kannabis, Hekk Kif Il-Caritas Twissi Dwar Il-Konsegwenzi

Il-kwistjoni tal-kannabis reġgħet qiegħda fuq quddiem tad-diskussjoni, hekk kif il-Caritas esprimiet tħassib dwar il-konsegwenzi li qed tara fuq is-saħħa, iż-żgħażagħ u l-komunitajiet tagħna.

Il-Caritas laqgħet bħala “kuraġġuż u f’waqtu” s-suġġeriment tal-Membru Parlamentari Mariah Meli, biex issir evalwazzjoni indipendenti tar-riforma tal-kannabis introdotta fl-2021.

Skont il-Caritas, għadha teżisti mentalità li l-kannabis hija “soft drug” u għalhekk ma tagħmilx ħsara, iżda fiċ-ċentri tagħha qed tara kuljum il-konsegwenzi li tista’ ġġib magħha l-użu tagħha. Tqajjem ukoll tħassib dwar l-infurzar tal-liġi, il-konsum quddiem it-tfal u l-possibbiltà li jinżammu sa erba’ pjanti d-dar mingħajr reġistrazzjoni.

Il-Caritas semmiet ukoll prodotti b’THC baxx li, skont hi, wasslu għal lakuni u abbużi fis-suq. F’dan kollu, il-mistoqsija tibqa’: il-liġi qed tipproteġi biżżejjed lit-tfal, lill-familji u lill-komunitajiet tagħna?

Ritratti:

Facebook/Caritas u Mariah Meli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI