Malta Fost L-Aqwa 10 Pajjiżi Fid-Dinja Fejn Tgħix U Tirriloka Fl-2026

Malta ġiet ikklassifikata fost l-aqwa 10 pajjiżi fid-dinja fejn wieħed jista’ jgħix jew jirriloka fl-2026, skont ir-Rumavi Global Relocation Index. Pajjiżna kiseb l-10 post fil-klassifika globali, bi skor ta’ 69.8, ftit biss wara ċ-Ċekja, li kklassifikat fid-disa’ post bi skor ta’ 69.9.

Fl-ewwel post insibu lill-Estonja bi skor ta’ 72.8, segwita minn Singapore b’72.6 u l-Malasja b’72.0. Il-Portugall ikklassifika fir-raba’ post, segwit mit-Tajwan, il-Litwanja, Hong Kong, St Kitts u Nevis, iċ-Ċekja u Malta. B’hekk, Malta hija waħda minn ħames pajjiżi Ewropej li sabu posthom mal-ewwel għaxra, flimkien mal-Estonja, il-Portugall, il-Litwanja u ċ-Ċekja.

Ir-Rumavi Global Relocation Index jevalwa diversi fatturi li jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjoni ta’ persuna li tmur tgħix f’pajjiż ieħor. Fost dawn hemm il-finanzi u t-tassazzjoni, il-kwalità tal-ħajja u s-saħħa, is-sigurtà u l-istabbiltà, kif ukoll l-opportunitajiet disponibbli għal dawk li jkunu qed ifittxu li jibdew ħajja ġdida barra minn pajjiżhom.

Tajjeb wieħed jinnota li din il-klassifika hija ppubblikata minn Rumavi, pjattaforma privata li toffri informazzjoni u servizzi relatati mar-rilokazzjoni, u mhux minn istituzzjoni internazzjonali uffiċjali.

X’taħsbu dwar dan ir-riżultat? Taqblu li Malta għandha tkun fost l-aqwa 10 pajjiżi fid-dinja fejn wieħed jgħix?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI