Maltempata Mistennija Nhar Il-Ħadd Li Ġej… Il-LESA Tappella Għall-Attenzjoni Fis-Sewqan

Diversi bassara lokali tat-temp qed jantiċipaw li nhar il-Ħadd li ġej, il-gżejjer Maltin se jkunu qed jintlaqtu minn maltempata. Dan wara li l-ġimgħa l-oħra waslu fi tmiemhom 120 ġurnata ta' sħana tremenda li matulhom pajjiżna tħalla mingħajr l-ebda ħjiel ta' xita.

Hu mistenni li din il-maltempata tgħin sabiex it-temperatura tkompli nieżla xi ftit jew wisq, hekk kif l-istaġun sajfi issa qed joqrob lejn l-aħħar ftit jiem tiegħu. Skont it-tbassir tas-sit 'Maltese Islands Weather', nhar il-Ħadd it-temperatura jaf tinħass daqs 23°C f'ċerti waqtiet.

Fl-isfond ta' dan it-tbassir, il-LESA matul dawn l-aħħar sigħat ħarġet twissija fejn fiha ħeġġet lis-sewwieqa Maltin sabiex isuqu b'iżjed attenzjoni, hekk kif it-toroq Maltin jistgħu jsiru iżjed perikolużi meta jintlaqtu mix-xita.

"Importanti li nnaqsu l-veloċità, naraw li nżommu dejjem distanza sigura mill-vettura ta' quddiemna, u fuq kollox, niżguraw li t-tajers, il-wipers u l-fanali ta' quddiemhom qed jaħdmu dejjem kif suppost," appellat il-LESA fi stqarrija.

Ritratti:

Facebook / Patricia Kellett u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI